Nhar il-Ħadd 13 ta’ April, il-Pageant Group Marija Reġina tal-Marsa se jtella’ l-Pageant tradizzjonali bl-isem ta’ “Ħtija Tiegħu?”
Din il-pageant ħa tibda fil-5pm bi ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina, fi Triq Nerik Sacco fil-Marsa.

F’din il-pageant se jkun hemm bosta personaġġi Bibliċi, bil-qofol se tkun ir-rapprezentazzjoni tat-TIsliba, li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, fi Triq Azzopardi, propju quddiem id-Dar Parrokkjali.
Ma’ għadd kbir ta’ personaġġi li jammonata għal madwar 350 ruħ ser jieħdu sehem ukoll l-1st Marsa Scouts Group, l-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin dik ta’ Marija Reġina kif ukoll tat-Trinita Qaddisa.
Sadanittant, apparti l-Pageant, l-grupp Marsi se jtella’ wirja artistika tax-xorta tagħha ġewwa Malta. Din il-wirja tikkonsisti f’xogħol bil-melħ fuq platti u inkwatri, fejn juru simboli u pitturi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Din il-wirja se ssir bejn is-6 ta’ April sa jum il-Ġimgħa l-Kbira, fis-Sala ‘Marija Reġina’, quddiem il-Knisja Parrokkja ta’ Marija Reġina.
Din il-Wirja tista tigi apprezata fis-Sala ‘Marija Reġina’ li tinsab quddiem l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina ġewwa Triq Nerik Sacco l-Marsa. Mis-6 t’ April sa nhar il-Ġimgħa il-Kbira.
