Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għad-demm, u qed jappella l-pubbliku biex jagħti d-demm.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Bank Nazzjonali tad-Demm spjega li bħalissa hawn bżonn ammont sostanzjali ta’ boroż tad-demm biex fil-jiem li ħejjin jitqassmu fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Id-donazzjonijiet tal-boroż ta’ demm se jintużaw mil-laboratorji bil-għan li jinħarġu boroż tad-demm għal trabi u tfal żgħar.
Il-Bank tad-Demm temm ifisser l-apprezzament għall-koperazzjoni tad-donaturi. Aktar informazzjoni wieħed jista’ jiksibha minn fuq is-sit uffiċjali www.blood.gov.mt jew billi wieħed iċempel 79307307 jew 80074313.