Il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza Renee Laiviera ħeġġet għal aktar miżuri biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u javvanzaw fil-karriera tagħha.
F’konferenza li ttellgħet b’rabta mal-Jum Internazzjonali tan-nisa, is-Sinjura Laiviera qalet li f’Malta hawn nuqqas ta’ nisa fi rwol maniġerajli. Qalet li ħafna min-nisa li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol mhux japplikaw għall-promozzjonijiet għax ir-responsabbiltà tal-familja taqa’ aktar fuqhom milli fuq l-irġiel.
“Il-work life balance hafna drabi qed izomm lin-nisa- qed jidhlu fis-suq tax-xoghol imma minhabba li mhemmx dak il-bilanc u minhabba li r-responsabilita’ tal-familja taq fuq il-mara, in-nisa jitilfu certu promozzjonijiet, ma japplikawx ghall-promozzjonijiet,” qalet is-Sinjura Laiviera.
Qalet li r-riċerka turi li kumpaniji li għandhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, il-produzzjoni hi ogħla.
Il-Professur Godfrey Pirotta mid-Dipartiment tal-Public Policy semma kif minkejja li żdiedu l-opportunitajiet u hawn aktar nisa kkwalifikati fis-soċjetà Maltija għad trid taddatta għal dan il-fatt u tinbidel:
“Imma s-socjetà’ taghna ghandha trades kulturali li ma tistax tifhem hi stess li s-socjeta’ inbidlet u maghha trid tinbidel hi ukoll. Trid tohloq dak l-ambjent fi biex il-mara maltija jkollha s-sodisfazzjon tal-hajja taghha wkoll,” saħaq il-Professur Pirotta.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli fejn ħabbret li l-Gvern se jniedi l-ewwel strateġija dwar l-intergrazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Fl-istess waqt ħabbret li Malta se ddaħħal fis-seħħ il-Protokoll dwar il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa.