F’Malta hawn elf u erba mitt spiżjar irreġistrat, jiġifieri spiżjar għal kull tlett mitt persuna.
Il-Professur Lilian Azzopardi, Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Univerista ta’ Malta qalet li meta mqabbel ma’ pajjizi oħrajn, f’Malta għandna ħafna spiżjara iżda hemm bżonn ta’ aktar persuni jiggradwaw bħala spiżjara.
Il-Professur Azzopardi qalet dan meta kienet qiegħda tieħu shem fl-attività fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ispiżjara. Din is-sena bit-tema – “Mir-riċerka għall-kura tas-saħħa, l-ispiżjar tiegħek għas-servizz tiegħek.”Hija qalet li matul il-jum tal-Tlieta l-ispiżjara li jaħdmu fl-Isptar Karen Grech se jiltaqgħu mal-pazjenti fl-outpatiens u jitkellmu magħhom dwar il-mediċini li jieħdu.
Hija qalet li l-irwol tal-ispiżjara huwa importanti għax bħala professjonisti jgħinu lill-pazjenti jużaw il-mediċina b’mod tajjeb.
Annalise Attard li ilha spiżjara għal dawn l-aħħar tliet snin fissret kif il-professjoni tagħha ma tbiddilha ma xejn għax tista’ tgħin lill-pazjent
Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista faħħar l-irwol importanti fis-soċjeta tal-ispiżjara. Qal li bħalissa l-ispizjara qegħdin jikkontribwixxu f’diversi oqsma fosthom permezz ta’ riċerka, mediċini għal mard rari u mediċini innovativi.
Fisser kif Brexit se joħloq iktar opportunitajiet għal qasam tal-farmaċewtika f’Malta u tenna l-importanza ta’ politika ċara li tagħraf tisfrutta l-opportunitajiet u nilqgħu għal dawn l-isfidi.