Il-Ministeru għall-Ambjent għaddej bi studju biex ċerti pajsaġġi u mgħodijiet fil-kampanja jkunu ddikjarati bħala dominju pubbliku.
Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, tkellem dwar dan l-istudju f’kummenti ma’ ONE NEWS ftit wara li għand l-Awtorità tal-Ippjanar daħlet lista ta’ siti biex ikunu kkunsidrati bħala dominju pubbliku.