Tnieda proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-inizjattiva ċittadinanza b’mertu. Din il-proposta tagħmilha possibbli biex esperti u professjonisti fil-qasam tax-xjenza, ir-riċerka, sport, arti u kultura li jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija biex ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom f’dawk l-oqsma.
Fi kliem il-Ministru Owen Bonniċi u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius dan għandu jsir id f’id mal-awtoritajiet rispettivi għal kull qasam u abbażi tar-rakomandazzjonijiet tagħhom.
Identita’ Malta se tkun responsabbli mill-iskrutinju ta’ dawn l-applikazzjonijiet biex imbagħad dawn jgħaddu għand il-Ministeru responsabbli miċ-ċittadinanza, biex ikunu jistgħu jingħataw ċittadinanza Maltija.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet, ġie spjegat kif pajjiżi barranin diġa’ daħlu liġijiet simili, fosthom fil-qasam tal-isport u l-mużika, bħala eżempju ntuża dak ta’ Camoranezi li kien Brażiljan iżda lgħab ukoll mal-Italja.
Biex isemma’ leħnek dwar din il-konsultazzjoni, tista’ tibgħat e-mail bil-ħsibijiet tiegħek fuq inizjattivamertu@gov.mt.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/01/Inizjattiva-ta’-Ċittadinanza-għall-Mertu-Final.pdf” title=”Inizjattiva ta’ Ċittadinanza għall-Mertu Final”]