Uffiċjali tal-Pulizija li kienu preżenti waqt l-irvellijiet f’Capitol Hill f’Jannar li għadda xehedu fl-inkjesta li nħatret dwar il-każ, b’wieħed minnhom jammetti li kien anke mbeżża’ li se jitlef ħajtu fuq il-post kif inġemgħet il-folla.
Uffiċjal ieħor li nzerta hu ta’ karnaġġjon skur qal ukoll li kien hemm minn għajru minħabba razztu.
Aktar minn ħames mitt dimostrant ġew arrestati b’rabta mal-irvellijiet, li ħallew ħames persuni mejta. Dan wassal għat-tneħħija tal-eks President Donald Trump li kien ġie akkużat li xpruna l-irvellijiet. Xi ħaġa li Trump ċaħad kontinwament.