“Ħsibna li għamel terremot jew li ċedew xi kmamar tal-bejt. Kien hemm daħna sħiħa, ix-xena kienet waħda tal-biża’.”Hekk ikkummentat waħda mir-residenti f’Wied il-Għajn li lbieraħ semgħet it-tliet gallariji iċedu għall-ħabta tat-20:30.
Hi rringrazzjat ‘l Alla li tal-ħanut, li jinsab eżatt fejn ċedew il-gallariji, kien leħaq għalaq fejn spjegat li daqs siegħa qabel hi flimkien ma’ residenti oħrajn fiż-żona kienu qed jagħmlu x-xirja għand l-istess ħanut.
Fortunatament ħadd ma ndarab meta t-tliet gallariji li jagħmlu parti minn binja, li tinsab fi Triq is-Silla f’Wied il-Għajn, ċedew għat-triq.