Bħala parti mill-istrateġija l-ġdida tal-bank approvata fi Frar li għadda, l-HSBC Bank Malta qed jagħmel investiment biex jittrasforma u jkompli jtejjeb iċ-ċentru bankarju korporattiv ewlieni tiegħu f’Ħal Qormi.
Meta jżuru l-bank, il-klijenti korporattivi dalwaqt se jesperjenzaw l-istandards ta’ disinn globali mill-aktar riċenti tal-HSBC. Dan qed isir bħala parti minn trasformazzjoni ta’ dan iċ-ċentru li se tinkludi sala VIP ġdida għall-klijenti tal-bank. Ix-xogħlijiet diġà bdew u ċ-ċentru l-ġdid se jinfetaħ lejn nofs din is-sena.
Michel Cordina, Kap tal-Kummerċ Bankarju qal: “Ninsabu kuntenti li qed inħabbru dan l-investiment ġdid biex jgħin lill-klijenti korporattivi tagħna. L-investiment li qed nagħmlu hu konsistenti mal-istrateġija tal-bank biex ikabbar in-negozju tiegħu billi nwasslu esperjenza ta’ klassi dinjija lill-klijenti tagħna.”
Fi stqarrija, il-bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet.