HSBC Bank Malta p.l.c. introduċa numru ta’ miżuri biex jappoġġja negozji li jistgħu jkunu milquta ħażin mit-tixrid tan-Novel Coronavirus (COVID-19). Dawn il-miżuri, li qed jidħlu fis-seħħ b’mod immedjat għal dawk in-negozji li jissodisfaw il-kriterji ta’ kreditu tal-HSBC Malta, jinkludu: capital repayment holidays; mhux se jkun hemm miżata għal working capital funding temporanju fuq żmien qasir; ipproċessar aktar mgħaġġel fil-ħruġ ta’ shipping guarantees u eżenzjoni minn ħlasijiet għall-proċessar urġenti; kif ukoll eżenzjoni minn ħlasijiet għal emendi fuq Ittri ta’ Kreditu milqutin minn dewmien.
Joyce Grech, Kap tal-Kummerċ Bankarju (Commercial Banking) ta’ HSBC Malta, qalet: “It-tixrid tal-Coronavirus qed ikollu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija globali u, għaldaqstant, Malta ukoll qed tkun milquta. Hekk kif qed nidħlu f’dak li x’aktarx se jkun perjodu ta’ sfida, partikolarment għal negozji f’ċerti setturi, HSBC Malta hu determinat li jagħmel dak kollu li jista’ biex jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-klijenti tagħna. Hekk kif tiżviluppa s-sitwazzjoni tkompli tiżviluppa, HSBC Malta se jkompli jissorvelja s-sitwazzjoni u jevalwa liema miżuri oħra jistgħu jkunu ta’ ħtieġa.”
Klijenti kummerċjali tal-HSBC Malta, li jħossu li jenħtieġu appoġġ minħabba l-impatt tan-Novel Coronavirus fuq in-negozju tagħhom, huma mitlubin jikkuntattjaw lill-Maniġer tar-Relazzjoni tagħhom, biex ikun jista’ jipprovdi gwida dwar il-passi li jmiss. Kull talba għall-appoġġ tkun ikkunsidrata każ b’każ.