L-organizzazzjoni li hi responsabbli biex tikkordina t-traffiku tal-ajru Ewropej qalet li rranġat żball li wasslet biex ikun hemm dewmien f’għadd ta’ titjiriet.
Eurocontrol qalet aktar kmieni li d-dewmien jista’ jaffettwa sa nofs it-titjiriet fl-Ewropa – madwar 15,000 titjira. Qalet li l-ħsarat li kien hemm fis-sistema tranġaw u l-operazzjonijiet komplew normali.
Din kienet it-tieni darba li seħħet xi ħaġa ta’ dan it-tip f’20 sena hekk kif l-aħħar darba li xi ħaġa hekk ġrat kien lura fl-2001.