Membri tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-Inġiniera tal-Enemalta għaddejjien b’ħidma biex jiżguraw li jintfew nirien fil-mina tad-distribuzzjoni tal-eletrikku li tinsab bejn l-Imsida u l-Kappara.
In-nirien kienu 600 metru minn tarf il-mina.
Kawża ta’ dan in-nar diversi lokalitajiet fil-madwar kienu mingħajr provista tal-eletrikku. Ħafna lokalitajiet ġew lura għan-normal wara kwarta, iżda oħrajn damu iktar, fl-interess tas-sigurtà. Lokalitajiet milquta jinkludu tas-Sliema, San Ġwann, u l-Gżira.
Minħabba li l-interconnector huwa mitfi, inxtegħel l-gass turbine tal-powerstation tal-Marsa, u nxtelgħet il-Powerstation kollha ta’ Delimara.
Intant fi stqarrija, l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma avżat li minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku, konsumaturi fil-Gżira, tas-Sliema, Pembroke, San Ġwann u fiż-żoni tal-madwar, jistgħu ikollhom pressa tal-ilma baxxa jew sospensjoni totali tal-provista tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żiedet tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq.
https://www.youtube.com/watch?v=4IdPVQJTcW4