servizz.gov informa lill-pubbliku li qed jesperjenza problemi tekniċi mhux fil-kontroll tiegħu li jirrigwardaw sistemi terzi. Dan ifisser li xi wħud mill-klijenti li jċemplu l-Freephone 153 ma jaqbdux.
Fi stqarrija ntqal kif servizz.gov għaddej bl-investigazzjoni meħtieġa biex il-problema teknika tissolva mill-aktar fis possibbli u l-linja tirritorna għan-normal, bl-inqas impatt fuq il-klijenti. Kien għalekk li biex jitnaqqas l-inkovenjent, illum u għada ħa jkunu qed jestendu s-servizz fuq il-Freephone 153 sas-7:00 p.m.
Sadanittant, fi stqarrija qalu li se jibqgħu kommessi li jipprovdu s-servizzi governattivi fil-qalba tal-komunità. B’mod alternattiv, il-pubbliku jistà jikkomunika ma’ servizz.gov permezz taċ-ċentri reġjonali; permezz tas-sit elettroniku www.servizz.gov.mt; jew permezz tal-email servizz@gov.mt.