Il-konsulent u espert fis-settur finanzjarju, Paul Bonello, tkellem dwar il-ħsara li ssir barra minn pajjiżna meta ċerti kwistjonijiet jittieħdu fil-fora Ewropea. Xi ħaġa li pajjiżi oħra ma jagħmlux.
Mistoqsi waqt il-programm Dissett xi jwassal biex tintefa’ pressjoni fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, Bonello qal li kulħadd għandu biċċa mit-tort.
Hawn innota l-bidla fl-attitudni. Ta’ lista ta’ eżempji fejn fl-imgħoddi, fi żminijiet gvernijiet nazzjonalisti, kien hemm każi li setgħu tappnu isem pajjiżna iżda l-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien ma fittxitx li tagħmel dan.
Fosthom il-preżenza tal-mafja f’Malta u trasferimenti ta’ flus Gaddafi fis-sena 2010.
Imbagħad kien hemm każi li fihom tfaċċaw il-kunjomijiet ta’ politiċi prominenti fil-Partit Nazzjonalista.
Il-każ David Gonzi u l-iskandlu tal-fondazzjoni Maugeri u l-każ ta’ Beppe Fenech Adami u Baltimore Fiduciary. Għal darb oħra ma kienx hemm kampanji barra minn Malta.
Iffaċċjat b’dawn il-fatti, il-kelliem tal-Oppożizzjoni Claudio Grech ma kellux argument ta’ risposta u minflok spiċċa jattakka l-kelliem.