Il-Pulizija kkonfermaw ma’ ONE News li ftit kmieni dalgħodu seħħ inħarqet karozza f’Tal-Pietà. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:30 fi Triq id-Duluri fi Pjazza Madonna ta’ Fatima. Fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Il-karozza li nħarqet hija tat-tip Volkswagen Golf u kawża tal-ħruq din inqerdet għal kollox. Karozza tat-tip Mazda li kienet ipparkjata viċin ġarrbet ħsarat estensivi. Żewġ garaxxijiet li kienu jinsabu ħdejn il-karozza pparkjata ġarrbu xi ħsarat fil-bibien imma sorsi fuq il-post tal-inċident qalu lil one.com.mt li l-kontenut ta’ ġewwa ma ġarrab l-ebda ħsara.
Fuq il-post issejħu membri mit-Taqsima Forensika tal-Korp tal-Pulizija u dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-għassa Natasha G. Sciberras.