Hospice Malta nediet il-lotterija annwali tagħha biex tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid għall-pazjenti tagħha. Fuljett b’informazzjoni dwar il-lotterija, flimkien ma’ pakkett ta’ 25 biljett, qegħdin jitqassmu f’kull dar f’Malta u Għawdex. Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jgħin sabiex jinġabru fondi billi jibgħat il-biljetti tal-lotterija lil Hospice Malta qabel it-8 ta’ Mejju, meta ser jittellgħu r-rebbieħa.
Il-premjijiet jinkludu Volkswagen UP!, airconditioner tad-ditta Daikin 12,000 BTU, Smart TV minn A to Z Electronics, Hand-painted volcanic stone table mingħand Mediterranean Ceramics, u lejl (bed and breakfast) ġewwa l-lukanda lussuza Hilton Malta.
Il-biljetti jinbiegħu għal €1 kull biljett jew €20 għal pakkett ta’ 25 biljett. Individwi li ma rċivewx il-biljetti tal-lotterija bil-posta d-dar tagħhom stess, u li huma interessati li jipparteċipaw, huma ġentilment mitluba li jagħmlu kuntatt ma’ Hospice Malta fuq +356 2144 0085 jew info@hospicemalta.org
Bl-appoġġ tal-pubbliku, Hospice Malta se tkompli tibni il-kumpless ta’ St Michael Hospice u ser tkun tista’ tkompli toffri u ttejjeb is-servizzi paljattivi tagħha, bla ħlas, għall-komunità tagħna. Imwaqqfa fl-1989, l-irwol ewlieni ta’ Hospice Malta huwa li jipprovdi u jippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva lil pazjenti li jbatu mill-kanċer, motor neuron disease, mard tal-qalb, respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied.
Numru tal-Lotterija DPL: MGA/NPG/487/2019