L-NGO, Hospice Malta irċiviet donazzjoni ta’ €25,000 mingħand il-grupp ARRISE sabiex tiffinanzzja il-kumpless tal-kura paljattiv, St. Michael Hospice.
ARRISE huwa grupp intenazzjonali li jipprovdi servizzi lill-kumpaniji fis-settur tat-teknoloġija.
Dawn il-fondi se jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-kumpless kif ukoll għas-servizz tal-Hospice fi ħdan il-komunità lokali.
Iċ-Chief Relations Officer ta’ Hospice Malta, Alexia Demicoli, stqarret li l-appoġġ tal-grupp se jikkontribwixxi biex fl-aħħar mill-aħħar jipprovdu kumdità u dinjità lill-pazjenti kif ukoll lill-qraba tagħhom fi żminijiet ta’ sfida.
Demicoli appellat lill-organizzazzjonijiet u kumpaniji oħra sabiex jappoġġjaw il-missjoni tagħhom.