Hospice Malta qed tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju l-Kbir tal-lotterija li saret fis-7 ta’ Diċembru 2023 liema premju huwa Citroën C3 ġdida.
It-tlugħ tal-lotterija ġabret appoġġ mill-komunitàbid-dħul kollu ddedikat għall-finanzjament tal-missjoni ta’ Hospice Malta li tipprovdi kura paljattiva ħolistika lill-pazjenti u l-familji tagħhom.
Kull kontribuzzjoni individwali li saret permezz ta’ din l-inizjattiva għandha rwol ċentrali biex issostni l-kapaċita’ ta’ Hospice Malta li tagħti servizzi komprensivi ta’ kura palljattiva mingħajr ebda spiża għall-pazjent u l-familji tagħhom.
Ic-Chief Relation Officer ta’ Hospice Malta, Alexia Demicoli wasslet il-gratitudni tagħom lill-isponsors kollha għall-appoġġ tagħhom f’din l-inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi.Għamlet dan filwaqt li ferħet lir-rebbieħa tal-lotterija, f’isem Hospice Malta.
Għal aktar iiformazzjoni dwar Hospice Malta wieħed għandu jżur is-sit www.hospicemalta.org.