Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irrifjuta b’mod unanimu il-proġett propost f’Ħondoq ir-Rummien.
Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar ittieħdet wara sigħat ta’ diskussjoni li għaliha kien hemm ukoll attendenza tajba.
Din id-deċiżjoni ttemm snin ta’ kontroversja li rat lill-għaqdiet ambjentali jiddikjaraw kemm – il darba għaliex huma kontra l-proġett. Residenti tal-Qala kienu esprimew dan ukoll f’referendum.
F’Ħondoq kien qed ikun propost li ssir yacht marina u villaġġ turistiku.
Però r-rapport tal-Case Officer irrakkomanda li dan l-iżvilupp ikun irrifjutat u hekk għamel il-bord tal-Awtorità. Is-Sindku tal-Qala, Clint Camilleri, qal li dan huwa nifs kbir għar-residenti tal-lokalità.
Id-deċiżjoni ntlaqgħet b’entużjażmu mill-attivisti ta’ Moviment Ħarsien Ħondoq, fosthom Paul Buttigieg.
https://www.youtube.com/watch?v=f8-hfcxTbL4