Wara 17-il sena Malta se terġa’ tipparteċipa b’mod qawwi fil-Biennale ta’ Venezja tas-sena d-dieħla.
Dan bil-għan li l-prodott kulturali u artistiku Malti jingħata l-aqwa promozzjoni f’dan wieħed mill-ikbar avvenimenti fid-dinja f’dan is-settur.
Raphael Vella u Bettina Hutscheck huma l-organizzaturi rebbieħa li ntagħżlu mill-Kunsill Malti għall-Arti biex jesebixxu l-proġett ‘Homo Melitensis’.
Dan jippromwovi l-identita’ nazzjonali Maltija bħala waħda li qed tinbidel tul is-snin.
https://www.youtube.com/watch?v=TFRjNxKIaRk