Daħal fit-tielet fażi tiegħu il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq.
Waqt żjara li għamel is-Segretarju Parlamentari Chris Agius stajna ninnutaw li żewġ pixxini tbattlu mill-ilma u qed isir xogħol fihom. Pixxina minnhom sar xogħol estensiv fuqha minħabba li l-qiegħ ma kienx f’kundizzjoni tajba.
Sar xogħol mad-dawra tal-pixxina biex issa l-art ingħatat wiċċ ġdid. Il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, qal li qed isir moniteraġġ kontinwu biex ix-xogħol ikun tal-oghla livell.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fakkar li l-poplu Malti kien ilu snin mċaħħad minn pixxina state of the art u b’ħidma minn dan il-Gvern, din il-ħolma mhix wisq bogħod.