In-nar qawwi li beda jinfirex b’mod drastiku f’California l-Istati Uniti, kompla jintensifika hekk kif issa n-nar infirex ukoll għal Hollywood u iktar minn mija u tletin elf persuna ingħataw ordni biex jevakwaw minn darhom.
Ħames persuni huma kkonfermati mejta.
Pumpiera li tkellmu mal-midja internazzjonali sostnew kif qed jesperjenzaw nuqqas kbir ta’ ilma.
In-nar infirex daqshekk malajr kawża tar-riħ qawwi ħafna, b’buffuri li laħħqu l-160 kilometru fis-siegħa, u l-umdità jew in-nixfa fl-arja f’dawn l-inħawi.
Ilbieraħ Los Angeles iddikjara stat ta’ emerġenza wara li medda kbira ta’ art inħakmet min-nirien u intqal li l-agħar ta’ din is-sitwazzjoni għadu ġej.