Il-President Franċiż Francois Hollande sostna li mhux se jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.
F’messaġġ televiżiv sostna li huwa konxju mir-riperkussjonijiet għaliex mhux se joħroġ għall-elezzjoni u wissa biex il-poplu ma jappoġjax lill- kandidat tal-lemin estrem.
Hollande se jkun l-ewwel President Franċiż fl-istorja moderna li mhux se jkun qed ifittex li jirbaħ mandat ieħor.
L-aħħar sondaġġi li saru urew li Hollande m’hu xejn popolari mal-Franċiżi u diversi osservaturi politiċi sostnew li din kienet l-unika triq onorarja li seta’ jieħu Hollande.
Minn issa ‘l quddiem tibda t-triq sabiex il-kamp soċjalista jagħżel il-kandidat tiegħu.