Skont Euronews, il-President Hollande ta’ Franza ta l-akbar indikazzjoni s’issa li se jopponi l-ftehim propost dwar il-kummerċ ħieles bejn l-Istati Uniti u l-UE, magħruf bħala t-Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP). Huwa qal li pajjiżu ma jistax jaċċetta dak li sejjaħ “kummerċ bla regoli stabbiliti”. Huwa kien qed jikkummenta wara l-publikazzjoni mill-Greenpeace ta’ dokumenti li juru differenzi ikbar bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa dwar il-ftehim.