Dalgħodu għall-ħabta tas-6:10 seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Raġel mgħammad u armat b’sikkina kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, Pakistani ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar. Il-kaxxier irrifjuta li jgħati l-flus u rreżista l-aggressur li telaq minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret inkjesta magisterjali.