Għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar seħħet serqa minn ħanut fl-Imsida.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-puluzija irriżulta li raġel allegatament b’oġġett tal-ħadid, daħal ġol-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier fil-ħanut. Il-kaxxier huwa raġel ta’ 54 sena mis-Siġġiewi u ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus konanti. Il-puluzija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.