Għall-ħabta tas-18.45pm, saret serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq San Pawl, ir-Rabat.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 24 sena, residenti Birkirkara. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farruġia Frendo LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.