Ingilterra 1 – Islanda 2
L-Ingliżi sofrew l-agħar umiljazzjoni minn meta nqalgħu mill-World Cup fl-1950 mill-Brażil.
L-Islanda ħasdu bi kbir lill-Ingliżi fl-aħħar 16-il minuta tal-Euro 2016. Il-manaġer tat-tim Ingliż Roy Hodgson irriżenja wara t-telfa imbarazzanti kontra team li huwa meqjus in-numru 34 fid-dinja, f’pajjiż b’poplazzjoni ta’ 330,000 ruh biss.
Kien penalty ta’ Wayne Rooney li ġab lill-Ingilterra fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti logħob. Iżda żewġ minuti biss wara l-penalty, kien Ragnar Sigthorsson li daħħal lill-Islanda fl-iskor ta’ wieħed b’wieħed, u Kolbein Sigthorsson li ssiġilla r-rebħa għal tnejn b’wieħed, wara biss 18-il minuta.
Kien eżatt wara dan l-iskor il-kowċ Hodginson ħabbar ir-riżenja tiegħu.