Qormi Daikin u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Hockey wara li rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.
Qormi Daikin iddominaw għal kollox il-konfront tagħhom kontra White Hart tant li rebħulhom 13-0.
Iż-żagħżugħ Luke Bajada kompla juri l-potenzjal tiegħu meta skorja erba’ gowls b’Ayrton Falzon, Kyle Micallef, Keith Calleja u Juan Sarcia li skorjaw doppjetta kull wieħed. Nathan Pace Gasan żied ieħor għall-Qriema.
Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu liċ-champions Floriana Young Stars 2-0.
Charlo Sammut u Alessandro Amore skorjaw il-gowls importanti li ddeċidew il-konfront favur iż-Żrieraq.
Umpires kienu John Williams u Keith Calleja.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
Qormi Daikin, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 8, Floriana Young Stars 2, White Hart 0
KLASSIFIKA – L-AQWA SKORERS
Luke Bajada (Qormi) 18 gowls, Christ Agius ( Żurrieq) 11 gowls, Kyle Micallef (Qormi) 9 gowls.
Sadanittant, Marsaskala Heat rebħu l-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena wara li għelbu lil Qormi Daikin 14-2.
L-Iskalin iddominaw dan il-konfront hekk kif Nathan Lauri skorja sitt gowls b’Liam Carabott ikun awtur ta’ tripletta. Jamie Gambin, Asif Akram, Kayden Cassar u Eyan Toledano niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers.
Sam Cassar u Carl Vergnaud skorjaw għal Qormi.
Umpires kienu Alessandro Amore u Oscar Toledano.
Deyan Deguara kien il-protagonista għal Floriana Young Stars hekk kif skorja erba’ gowls u għen lit-tim tiegħu jirbaħ 4-1 kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks. Dean Spiteri skorja l-uniku gowl għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.
Umpires kienu Jerome Carabott u Oscar Toledano.