Qormi Daikin ġabu fix-xejn liċ-champions Floriana Young Stars tant li rebħulhom 5-0.
It-tim immexxi minn Andre Ghio stabilixxa vantaġġ komdu u seta’ jamministra l-partita fl-aħħar quarter.
Ayrton Falzon spikka għall-Qriema meta skorja tliet gowls filwaqt li Luke Bajada u Steve Tanti kellhom ukoll is-sodisfazzjon tal-gowl.
Umpires kienu Paul Brincat u Alessandro Amore.
Aktar qabel, l-isfidanti għat-titlu GREE Zurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa simili ta’ 5-0 kontra White Hart.
Chris Agius kien ta’ ispirazzjoni għaż-Żrieraq meta skorja tliet gowls filwaqt li Carmine Francese u Jayden Cutajar għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Umpires kienu Karl Chircop u John Williams.
Sadanittant fit-tieni round ta’ logħob mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Qormi Daikin għelbu lil GREE Zurrieq Wolves Hotsticks 4-1 filwaqt li Floriana iddominaw lil Marsaskala tant li rebħu 5-0.