Qormi Daikin komplew bil-mument pożittiv tagħhom meta ġabu fix-xejn lil White Hart tant li rebħulhom 11-0.
It-tim immexxi minn Andre Ghio iddominaw din il-partita fejn kellhom lil Luke Bajada jiskorjaw hat-trick filwaqt li Kyle Micallef skorja doppjetta. Nathan Pace Gasan, Julian Zahra, John Williams, Steve Tanti, Wyatt Magri u Juan Sarcia żiedu aktar gowls għall-Qriema.
Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.
Mill-Hockey 7s, kien hemm logħba ferm kumbattuta bejn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Qormi Daikin mirbuħa minn tal-aħħar bl-iskor ta’ 3-2. John Williams, Luca Fsadni u Nicole Zammit skorjaw il-gowl għal Qormi bi GREE Żurrieq Wolves Hotsticks li baqgħu fil-logħba wara gowls ta’ Jayden Cutajar u George Stigligh.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Karl Chircop.
Mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Qormi Daikin kienu kompletament dominanti fuq GREE Żurrieq Wolves Hotsticks tant li rebħulhom 7-0.
Zachary Farrugia kien f’forma mill-aqwa meta skorja erba’ gowls filwaqt li Sam Cassar kien awtur ta’ doppjetta. Zain Carabott għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.
F’partita oħra mill-istess kampjonat, Marsaskala Heat rebħu lil Floriana Young Stars 8-4.
Nathan Lauri Rodo skorja erba’ gowls għall-Iskalin filwaqt li Eyen Toledano u Jamie Gambin wettqu doppjetta kull wieħed.
Il-Furjaniżi naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ doppjetti ta’ Dean Spiteri u Isaac Cachia.
Umpires kienu Keith Calleja u Dario Cacopardo.