Qormi Daikin Hockey Club kienu inkurunati bħala champions għall-istaġun 2024/25 hekk kif fl-aħħar logħba tagħhom huma għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hosticks 6-3. Dan kien is-16-il titlu fl-istorja tal-klabb.
Kyle Micallef spikka għat-tim immexxi minn Andre Ghio meta skorja tripletta b’Keith Calleja, Steve Tanti u Julian Zahra li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Iż-Żrieraq naqqsu l-marġni tal-iskor minn doppjetta ta’ Christ Agius u gowl ieħor ta’ George Stiglingh.
Umpires kienu Karl Chircop u James Mizzi.
F’logħba li kellna mill-Hockey 7s, White Hart għelbu lil Rabat 3-2.
Angel Lupu, Glenn Bonello u Edward Vella skorjaw għal White Hart bir-Rabtin li kellhom lil Justin Micallef u Kevin Micallef li niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Karl Chircop.
Finalment f’logħba mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Qormi Daikin 4-3.
Umpires kienu Oscar Toledano u Jerome Carabott.