GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għaddew għall-finali tal-kompetizzjoni knock-out tal-hockey meta fis-semifinali għelbu lil White Hart 3-0.
Iż-Żrieraq għandhom l-intenzjoni li jirbħu din it-tazza wara staġun ferm diżappuntanti u ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk fit-tentattiv li jikkwalifikaw għall-finalissima.
Jayden Cutajar, Alessandro Amore u Luca Runza skorjaw il-gowls l-aktar importanti għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.
Umpires kienu Keith Calleja u Karl Chircop.
Nhar is-Sibt li ġej tintlagħab it-tieni semifinali fejn iċ-champions Qormi Daikin jaffaċċjaw lil Floriana Young Stars.