GREE Sliema Hotsticks żiedu l-vantaġġ f’ras il-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-hockey meta f’Kordin huma għelbu lil Floriana Young Stars bl-iskor minimu ta’ 1-0.
B’hekk issa Sliema għandhom tliet punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Qormi għalkemm b’logħba iktar minnhom.
Kienet logħba ferm sabiħa biż-żewġ naħat ferm viċin xulxin.
Wara li fl-ewwel quarter ma ġie skorjat l-ebda gowl, il-Blues ħarġu tajjeb fit-tieni quarter u marru minn fuq permezz ta’ Ryan Dalli.
Fit-tielet u r-raba’ quarter, is-Slimiżi kkontrollaw tajjeb u minkejja li l-Greens bdew itellgħu ħafna blalen, sabu lill-goalkeeper Emile Borg u d-difiża tiegħu f’vena mill-aqwa sabiex fl-aħħar mill-aħħar tal-aħħar ħadu l-punti massimi minn dan il-konfront.
Umpires kienu Glen Bonello u Luke Busuttil Leaver.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
GREE Sliema Hotsticks 12, Qormi Daikin 9, Floriana Young Stars 7, White Hart 0
F’partita waħda li kellna mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Summer Nights 2-1. Dan ir-riżultat kien ifisser li l-Qriema spiċċaw champions ta’ din il-kategorija mingħajr ma sofrew telfa. Fl-istess waqt huma żammew it-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda.
Giorgio Muscat u Neil Spiteri Montebello skorjaw għal Qormi filwaqt li Kieran Borg skorja għal Marsaskala.
Dan kien ifisser doppjetta ta’ suċċessi għal Qormi li kienu diġa’ rebħu l-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena l-ġimgħa l-oħra.