Floriana Young Stars kisbu rebħa importanti ta’ 3-2 kontra ċ-champions Qormi Daikin sabiex ikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-hockey.
Ali Rizwan, Deemer Rapinett u Andrea Curmi skorjaw il-gowls għal Floriana b’Qormi li naqqsu l-iskor għal darba darbtejn permezz ta’ Luke Bajada u Steve Tanti.
Umpires kienu Luke Busuttil Leaver u David Agius.
F’logħba li ntlagħbet mill-Hockey 7s, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Rabat 3-2.
Jayden Cutajar skorja doppjetta filwaqt li David Vella Dingli żied gowl ieħor għal Hotsticks. Ir-Rabtin kellhom lil Shawn Falzon awtur ta’ doppjetta.
Umpires kienu Edward Hughes u Glen Bonello.
Mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Summer Nights għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 3-0 filwaqt li Qormi Daikin rebħu 3-0 kontra De La Salle Floriana.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
Floriana Young Stars 9, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 5, Qormi Daikin 4, White Hart 0
KLASSIFIKA – HOCKEY 7s
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4, Qormi Daikin, Rabat 1, Floriana Young Stars 0