Hekk kif aktar ma jgħaddi żmien il-pubbliku sar aktar infurmat u konxju dwar dak li jiekol riżultat ta’ kampanji ta’għarfien, is-suq Malti qed jipprovdi ikel aħjar għas-saħħa.
Il-kumpanija Maypole se tibda tiproduċi ħobża Maltija b’ 35% anqas melħ, bl-għan li timxi mal-istrateġija tal-Gvern fil-promozzjoni ta’ dieta Mediterranja lejn saħħa aħjar.
Id-Direttur ta’ Maypole, James Debono, spjega kif il-kumpanija Maypole dejjem tipprova tagħti għażla lill-klijenti tagħha sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet għaqlija dwar x’jieklu. Huwa saħaq li minkejja li din il-ħobża hija magħmula b’inqas melħ xorta waħda tibqa t-togħma bnina tal-ħobża Maltija li hija bbażata fuq riċetta antika li tmur lura għall-1900.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/Info-Booklet.pdf”]