The Convenience Group ħabbar investiment ġdid li għamilha possibbli li l-kumpanija tespandi l-operat tagħha- u tibda tipproduċi linja ġdida ta’ ħobż. Il-ħobża slice, kemm bajda u kif ukoll ‘brown’, hija minnha nnfisha parti minn idea ħolisitka tal-grupp li jwasslu lill-konsumatur prodotti tradizzjonali bi kwalità ġenwina.
Iżda din mhijiex l-unika investiment tal-grupp- il-ħwienet ta’ The Convenience Shop madwar Malta se jiżdiedu għal 40 sal-aħħar tas-sena. Dan ifisser ukoll li l-ammont tal-impjegati mal-kumpanija jitla’ għal 300.
Għall-inawgurazzjoni kien preżenti l-Ministru Chris Cardona li tenna li l-Gvern huwa impenjat biex isaħħaħ il-klima ekonomika ta’ pajjiżna, u dan jikkonfermawh l-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali. Cardona tenna li din il-klima ekonomika qed tagħmilha possibbli li l-kumpaniji Maltin jespandu, kif propju qed jagħmel the Convenience Group.
One News iltaqa’ ma’ Andrew Attard, Operations Manager tal-grupp, li fissrilna kif l-ekonomija preżenti qed tagħmilha possibli li l-kumpanija tespandi u tiddiversifika u tagħna ħjiel tas-sigriet wara s-suċċess ta’ The Convenience Shop li issa saret waħda mill-ikbar katini ta’ ħwienet li għandna f’ pajjiżna.