Raġel mill-Imtarfa intbgħat 15-il xahar ħabs wara li nstab ħati li mbotta lil martu ġo bieb tal-ħġieġ waqt argument domestiku.
Il-Qorti semgħet kif fil-każ li seħħ fl-1 ta’ Ottubru lura fl-2018, ir-raġel kien qabad lil mara minn għonqha u sabbatha go bieba tal-ħġieġ ta’ vetrina. Dan quddiem it-tifel tagħhom ta’ ħdax-il sena.
Il-mara kienet faqgħet il-bieb bit-tisbita u soffriet ġrieħi serji. Il-Qorti rat kif l-evidenza kollha uriet kif ir-raġel kien għamel reat ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-mara u filwaqt li kien stqarr li jisgħobih ta’ dak li għamel huwa qatt ma patta għad-danni li kkaġuna jew talab skuża lil mara.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin għal 3 snin favur il-mara.