Il-Gvern se jkun qed jagħti lura €4.9 miljun lil dawk li rreġistraw il-vettura ġdida tagħhom lura fl-2008. Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar kif tul is-sena d-dieħla, se jkun qed jingħata l-aħħar pagament ex-gratia.
Spjega kif dan ifisser, li l-wegħda li kien għamel il-Gvern ħames snin ilu, issa twettqet kollha.
Il-Ministru Scicluna qal li matul dawn il-ħames snin, ġew mroddin lura fi ħlas ta’ VAT fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda, liema VAT ma kienx dovut lill-Gvern. L-ammont ta’ flus li tħallsu lura jlaħħaq il-€25 miljun.