Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, 2024, fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi fl-ebda ħin tal-ġurnata.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorità tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.