Fil-Qorti il-Ħamis wara nofsinhar bdiet tinstema’ l-kumpliazzjoni fil-każ ta’ Adrian Hillman fejn intqal li Hillman rċieva iżjed minn miljun ewro fi trasferimenti sigrieti ta’ flus minn kumpaniji ta’ Keith Schembri ‘l barra minn Malta.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza sabiex tpoġġi taħt att t’akkuża lil Hillman.
Huwa qed jiġi mixli b’ħasil ta’ flus u tixħim.
Intqal kif meta Hillman kien id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija tat-Times, kien deċiż li tinbena stamperija ġdida fl-Imrieħel u l-makkinarju nġab mill-kumpanija Kasco ta’ Keith Schembri.
Qal kif bosta mill-makkinarju kien stmat iżjed milli suppost u għalhekk Hillman u Schembri allegatament ħadu flus għalihom.
Il-prosekuzzjoni spjegat kif Brian Tonna u Karl Cini ħolqu dokumenti sabiex jiġġustifikaw ċertu ħlasijiet mal-inkjesta maġisterjali li kienet bdiet fl-elfejn u sbatax.