Zach Zammit, sewwieq Malti tal Hillclimb, kien f’Shelsley Walsh is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 biex jikkompeti fil-25 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal Hillclimb fl-Ingilterra. Zammit ikkompeta ma’ 13-il sewwieq ieħor u kien l-uniku sewwieq mhux mir-Renju Unit. Minn 14-il sewwieq, Zammit ikwalifika fil-11-il post, u b’hekk akkwista postu fir-run-offs, li huma sett ta’ tiġrijiet differenti għall-aktar 12-il karozza veloċi, fejn il-karozzi kollha jiġru b’mod individwali. F’din it-tellieqa, il-kummentarju jiffoka biss fuq il-karozza waħda li jkun hemm fuq il-korsa, u l-ħin tagħha jiġi rreġistrat. Ir-run-offs huma pjuttost esperjenza important peress li huma l-qofol tal-avveniment, peress, li din hija t-tellieqa li tikseb il-punti għall-Kampjonat Nazzjonali Brittaniku tal-Hillclimb.
Zammit temm il-ġurnata fit-3 post fil-klassi tiegħu ta’ 14-il sewwieq u fit-12-il post ġenerali fost is-sewwieqa kollha.
Zammit se jirritorna r-Renju Unit fl-24 u l-25 ta’ Settembru għall-aħħar round tal-kampjonat li ser isir ġewwa Loton Park.