Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hijack tal-Afriqiyah Airways se jitressqu l-Qorti, llum 25 ta’ Diċembru f’12.00 fil-Qorti ta’ Malta. Dan hekk kif kmieni wara nofsinhar jiskadu t-48 siegħa li fihom il-Pulizija jistgħu żżommu l-akkużati mingħajr ma jkunu mressqa l-Qorti.
Kif ippubblikat fuq il-faċċata tal-gazzetta Kullħadd, il-Libjani mhux qed jikkoperaw mal-investigaturi, b’imkejjen qrib l-investigazzjoni jsostnu li sa tard ilbieraħ wara nofsinhar, il-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, ma kienux lissnu mqar kelma waħda.
Segwu dan is-sit għall-aġġornamenti b’rabta ma’ dan il-każ.