“Hija xi ħaġa sabiħa li l-ħidma tiegħek tiġi apprezzata, li jiġi rikonoxxut li qed tagħmel xogħol għal ġid.”
Dan kien kliem Adrian Mckay li rċieva ċertifikat ta’ mertu f’ċerimonja tax-xogħol pożittiv tal-membri tal-Pulizija li fi kliem il-Ministru Carmelo Abela jaħdmu qatigħ.
Sitt membri tal-Korp PS 342 Johan Said, PS 1040 John Grima, PC 60 John Grima, PC 534 Joseph Cini, PC 951 David Xerri u WPC 133 Althea Sammut irċevew ċertifikat ta’ mertu talli fil-25 ta’ Mejju 2016, ġewwa San Lawrenz, Għawdex, kienu strumentali sabiex jinterċettaw u jaslu għall-arrest ta’ żewġ persuni ta’ nazzjonalita’ Libjana, li kienu qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.
PC 282 Adrian Mackay irċieva ċertifikat ta’ mertu talli fl-1 ta’ Ġunju 2016, kien strumentali sabiex wassal lill-kollegi tiegħu għall-arrest ta’ żewġ persuni li kienu qed jiġu mfittxija mill-Pulizija b’rabta ma’ bosta attentati ta’ serq.
PC 674 Nigel Mallia irċieva ċertifikat ta’ mertu talli fit-2 ta’ Ġunju 2016, waqt li kien off-duty, intervjena u allerta lill-kollegi tiegħu sabiex inqabdu żewġ persuni li kienu qed isuqu vettura misruqa.
Żewġ membri oħra tal-Korp PS 1257 Conrad Ellul u PC 1216 Svetlick Stellini irċievew ċertifikat ta’ mertu talli fis-17 ta’ Lulju 2016, waqt li kienu xogħol ġewwa l-Għassa ta’ Raħal Ġdid, marru oltre mid-doveri tagħhom ta’ kuljum, meta skortaw mara li kien se jkollha tarbija, lejn l-Isptar Mater Dei, hekk kif kienet fil-vettura tagħha maqbuda fit-traffiku.
PS 157 Brian Mifsud irċieva ċertifikat ta’ kommendazzjoni talli fit-2 ta’ Settembru 2016, waqt li kien xogħol ġewwa l-għassa ta’ Tas-Sliema, irnexxielu jidħol ġo residenza li kienet qed tieħu n-nar, ikkontrolla u tefa’ n-nar, biex b’hekk kien strumentali sabiex jevita iktar ħsarat, ġrieħi jew saħansitra mwiet ta’ residenti fl-istess dar. Għalhekk nistieden lil ħalli jit
It-tliet membri PC 769 Steven Incorvaja, PC 1372 Alain Cutajar u PC 1512 Stephen Cutajar irċievew ċertifikati ta’ mertu talli fl-10 t’Ottubru 2016, kienu strumentali meta rnexxilhom jikkontrollaw nirien li ħakmu blokk t’appartamenti ġewwa Ħ’Attard.
Iktar qabel, il-Kappillan tal-Pulizija Fr Raymond Bonnici għamel it-talba tal-okkazjoni li kienet offruta b’mod speċjali għal dawk il-membri u l-eks membri tal-Korp li ħallewna s-sena li għaddiet.