It-Tnejn Malta ċċelebrat l-ewwel festa pubblika, il-festa ta’ San Pawl Nawfragu. Ħafna Beltin, li għalihom dan il-jum ifisser iċ-ċelebrazzjoni tal-Patrun tagħhom, bdew il-ġurnata b’quddiesa iċċelebrata mill-Arċisoqf ta’ Malta Charles Scicluna. Biex imbgħad fis-siegħa ta’ wara nofsinhar irħewla għall-marċ tradizzjonali li jitella’ mill-Għaqda tal-Pawlini li din is-sena qed tiċċelebra wkoll il-ħamsin anniversarju.
ONE News żar il-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt, fejn b’devozzjoni qawwija dawk preżenti semgħu l-kelma t’Alla, il-kelma li Pawlu kien wassalha f’pajjiżna, meta pajjiżna kien għadu b’kultura Punika.
Tkellimna fost l-oħrajn ma’ koppja Ingliża li għat-tielet darba qed tiċċelebra din il-festa f’Malta. Spejgawlna li jkunu ħerqana jattendu għaliha.
“It’s not something we see in the United Kingdom and it is something that is completely different to what we’re used to, so it’s worth coming to see.” Stqarru din il-koppja Ingliża.
Raġel ieħor stqarr, “Ilni żmien twil, bħal-lum ġifieri, il-ġurnata tal-lum filgħodu ma jkolli x’naqsa ma xejn ħlief il-quddiesa t’hawnhekk.”
Koppja oħra qalu, “Il-Festa tiegħi, jien jisimni Pawlu u niġi għaliha, kull sena. U kemm ilkom tattendu għaliha l-festa. Ilna għoxrin sena naħseb speċjalment festa tax-xitwa nħobbha ħafna.”
“Bħala festa hija kollox, sabiħa, tieħu pjaċir, la ma jkollokx probmeli l-festi tal-Belt kollha sbieħ.” Saħaq raġel ieħor.
Kien hemm min spjega s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-aħbar li l-Papa Franġisku ġej Malta fil-31 ta’ Mejju waqt il-quddiesa.
Raġel ieħor temm jgħid, “Festa sabiħa u festa kbira, festa nazzjonali hux hekk naraha jien u ħadt pajċir bil-bxara li għamluna li ġej il-Papa Malta wkoll.”
Ma naqasx lanqas il-brijju fit-toroq Beltin meta waranofsinhar telaq il-marċ tal-festa. Hanhekk mijiet inġabru flimkien biex jiċċelebraw id-devozzjoni lejn San Pawl bl-aktar mod brijjuż.