Fil-Lvant tal-Ewropa se jsir proġett infrastrutturali massiċċ, hekk kif se ssir highway li tgħaddi minn ħames stati membri tal-Unjoni Ewropea u t-Turkija. Din il-highway, li qed tissemma ABC+De, se tkun twila aktar minn 1,200 kilometru.
Dan il-proġett għandu jgħaqqad lill-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Greċja, l-Ungerija, is-Slovakkja u t-Turkija, waqt li l-għan tiegħu hu li jsir aktar effiċjenti għal min irid jivvaġġja mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant Ewropew.
Dan il-proġett infrastrutturali se jsir mill-kumpanija Bulgara ‘Large Infrastructure Project’ u se jara li, bih, jissaħħaħ il-kummerċ u anke t-turiżmu fil-pajjiżi msemmija.