Kunsill rappreżentattiv tal-istudenti tal-Higher Secondary esprimew ruħhom dwar Open Day li kellha ssir, iżda li tħassret.
L-Open Day spiċċat suġġett ta’ diskussjoni meta l-MUT qalet li saret qisha suq ta’ suġġetti akkademiċi differenti u kompetizzjoni bejn dipartiment u ieħor. L-MUT qalet li l-Open Day kienet qed tkun imposta fuq edukaturi u amministraturi.
F’reazzjoni l-istudenti qalu li l-atmosfera li qed tiġi preżentata mhix korretta u b’ebda mod ma tirrifletti dak li jesperjenzaw l-istudenti meta jattendu l-kulleġġ.
Qalu li l-għalliema u l-ħaddiema dejjem wrew dedikazzjoni liema bħalha lejn attivitajiet li mhux parti mill-kurrikulu u dejjem qdew dimijiethom b’livell għoli ta’ professjonalità. Tant hu hekk, isostnu l-istudenti, li jagħmlu aktar minn dak mitlub minn xogħolhom sabiex jaraw li l-istudenti jikbru personalment u soċjalment.
Il-Kunsill qal li huwa favur l-Open Day u li l-esperjenza tas-sena d-dieħla kienet pożittiva ħafna. Spjega li din hija ċelebrazzjoni tal-kreattività u l-abilitajiet tal-istudenti, u tippermetti lil studenti prospettivi jaraw xi jridu b’mod aktar informat.