Matul il-lejl li għadda, timijiet tekniċi tal-Enemalta wieġbu għal 9 ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, li affettwaw il-provvista ta’ klijenti f’partijiet minn diversi lokalitajiet.
Enemalta ikkonfermat li l-provvista tal-elettriku ngħatat lura lill-maġġoranza tal-klijenti milquta’ matul il-lejl, filwaqt li għadd ta’ xogħolijiet għadhom għaddejjin u ser ikomplu tul il-ġurnata.
Konsumaturi fi 3 żoni lokalizzati fiż-Żurrieq, in-Naxxar u Ħaż-Żebbuġ, fejn tiswijiet estensivi huma meħtieġa, ser jingħataw lura l-provvista mill-aktar fis.
Enemalta appellat biex klijenti jabbonaw għas-sistema ta’ notifiki dwar ħsarat u xogħlijiet li jistgħu jaffettwaw il-provvista tiegħek billi jibgħatu SMS bin-numru tal-karta tal-identita tal-persuna li fuqha rreġistrat is-servizz, fuq 79052492.