Waħda mit-tradizzjonijiet l-aktar popolari magħna l-Maltin fil-Milied hija tal-presepju, bl-ewwel wieħed ġie maħdum fil-Kunvent tad-Dumnikani fis-seklu sbatax.
Minn hemm din it-tradizzjoni nfirxet, bil-ħidma fuq inbidlet matul iż-żmien.
Iltqajna ma’ Massimo Borg, presepist li ilu sa minn ta’ età żgħira jaħdem il-presepji.
Spjega li llum il-ġurnata daħlet id-drawwa tal-expanding foam.
“Bnejtu bil-ġablo normali, imma minflok għamiltu bil-proċess tas-soltu bit-tissues, gibs, etc, kif kien lest mill-ġablo, imbgħad nagħmel expanding foam, nisprejjah bott kull darba, u dak jibda jespandi fuq il-ġablo, fil-parti li tkun għamilt. Nikkalkula nagħmel mhux aktar minn 2 by 3ft, ma toħroġx aktar minn hekk, skond kemm tagħmlu oħxon inti.”
MASSIMO BORG
Wara l-proċess huwa jifforma l-blat tal-grotta b’idejh u l-paletta.
Huwa spjega li beda jaħdem fuq dan il-presepju mill-ewwel ġimgħa ta’ Settembru u wara ħafna ħsieb wasal biex għamel din ix-xena tan-nattività ta’ Ġesù Bambin.