20:50: Onenews.com.mt hu infurmat li l-ewwel persuna ttellgħet bl-għajnuna ta’ ħbula u harness kif ukoll helmet li ngħata mill-Protezzjoni Ċivili.
Il-ħidma ta’ salvataġġ għadha għaddejja dan sabiex tittella’ t-tieni persuna.
L-ewwel indikazzjoni hi li aktarx fortunatament ħadd ma weġġa’.
Aktar Qabel: Membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qed jassistu persuni li nqabdu fil-blat f’Wied Babu, iż-Żurrieq.
One News jinsab infurmat li l-persuni maqbuda aktar kmieni kienu mixjin fil-wied u iddeċidew li jitilgħu jew jinżlu mal-blat f’dan it-temp, iżda kif wieħed jista’ jobsor, sabu ruħhom f’diffikultà.
Membri tal-protezzjoni ċivili għaddejjien bl-operazzjoni biex isalvaw lil dawn il-persuni.